Persuna mhux magħrufa li kienet mgħammda u armata b’arma tan-nar daħlet fi stabbiliment fi Triq il-Wied, Birkirkara minn fejn talbet il-flus lill-impjegat u ħarbet mill-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħaxija, għall-ħabta tal-22:00, bil-Pulizija tmur minnufih fil-post minn fejn kien għadu kif ħarab il-ħalliel.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija qegħda żżomm persuna sabiex tassistiha fl-investigazzjonijiet tagħha, li qed jitmexxew mill-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazjoni Kriminali flimkien ma’ dawk tad-Distrett ta’ Birkirkara.
//= $special ?>