Żewġ biċċiet ta’ arti tal-artisti Celia Borg Cardona u Tonio mallia qed isebbħu u jagħtu ħajja lill-uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fil-bini tal-Parlament bħala parti mill-inizjattiva Perspettivi, mibdija propju mill-istess Simon Busuttil.
Perspettivi, li qed issir bil-kollaborazzjoni tal-AŻAD, kienet waħda mill-ewwel inizjattivi li ħa Simon Busuttil mal-ħatra tiegħu bħala kap tal-Partit Nazzjonalista, bl-għan li l-arti u l-kultura jkollhom priorita’ politika ewlenija fil-pajjiż.
Minbarra fil-bini tal-Parlament, Simon Busuttil estenda l-inizjattiva tiegħu li jagħti spazju lill-artisti maltin u Għawdxin anke’ għall-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali fil-Pieta’.
Fid-diskors tiegħu fil-ftuħ ta’ din il-wirja, li hi t-tielet minn din is-sensiela Perspettivi, Simon Busuttil fissirha bħala esebizzjoni żgħira imma sinifikattiva li qed tagħmel l-uffiċċji tiegħu iktar interessanti u li qajmet interess anke’ mid-delegazzjonijiet li jilqa’ fl-uffiċċji tiegħu.
Filfatt qal li dawn il-wirjiet qed iservu wkoll bħala mezz ta’ komunikazzjoni mal-mistiedna tiegħu fil-laqgħat li jkollu ta’ kuljum.
Stqarr li l-Parlament hu wkoll post ideali għal dawn il-wirjiet, għaliex hu post ikona għal pajjiżna, post artistiku li hu jinsab privileġġat li jaħdem fih.
L-inizjattiva Perspettivi ntlaqgħet tajjeb ħafna anke’ mill-artisti, tant li Mariella Pisani Bencini, magħrufa l-iktar għas-sensiela Meander, li tixxandar fuq Net Television, spjegat li l-artisti li x-xogħol tagħhom ikun esebit bħala parti minn din l-inizjattiva, spiss iċemplulha kuntenti li l-arti tagħhom dehret fuq it-televiżjoni.
//= $special ?>