Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza kmieni dalghodu. L-incident sehh fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann. Il-Pulizija huwa Anthony Galea, missier li ilu snin fil-Korp tal-Pulizija u wkoll eks plejer tal-waterpolo.
Kawża ta’ dan l-inċident li seħħ wara is-6am, inġabar ammont kbir ta’ traffiku fl-inħawi tal-fabbriki ta’ San Ġwann fejn intlaqat il-Pulizija bil-mutur, u tkaxkar sal-bankina qrib il-Life Sciences Park.
Fl-inċident kienu involuti vettura tat-tip Renault misjuqa minn mara minn Birkirkara, u vann Toyota misjuq minn raġel ta’ 69 sena.
Galea, li għandu 48 sena u huwa dilettant kbir tal-muturi, qed jinżamm rikoverat fl-ITU. Dan il-Pulizija li jgħix San Ġwann għadu kif iżżewweġ f’Mejju li għadda.
(Ritratt: Martin Agius)
//= $special ?>