Internazzjonali

L-Iżvezja trid li l-UE tgħin fir-rilokazzjoni

epa05002297 Migrants, and some journalists, sit and stand near a bus outside a temporary facility in the village of Limedsforsen in the Swedish province of Dalarna, 29 October 2015. 14 migrants on 29 October 2015 left the bus they have occupied since they arrived on 25 October 2015, refusing to stay in the isolated village made up by wooden chalets located in dense woods. Around 50 migrants arrived to the facility on 25 October 2015. Most of them have now accepted the facility, though it is far from shops and health care. EPA/NISSE SCHMIDT/TT SWEDEN OUT

L-Iżvezja kellha titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tirranġa għat-trasferiment ta’ immigranti mill-artijiet tagħha lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. B’din l-inizjattiva, l-Iżvezja qed taħseb biex tissieħeb mal-Greċja, l-Italja u pajjiżi oħra li jridu l-għajnuna biex jikkonfrontaw in-numru rekord ta’ immigranti li qed jippruvaw għall-kenn politiku.
It-talba uffiċjali biex l-Iżvezja tifforma parti mis-sistema tal-UE għar-ridistribuzzjoni tar-refuġjati tinkwadra fi ftehim għall-issikkar tar-regoli dwar l-immigrazzjoni li l-Prim Ministru Żvediż, Stefan Lofven, kien għamel, jiem ilu, mal-partiti taċ-ċentru-lemin fl-Oppożizzjoni.
Il-ftehim anki jinkludi l-introduzzjoni ta’ permessi għal residenza temporanja fuq tliet snin, b’eċċezzjonijiet għal xi gruppi li jinkludu familji bit-tfal u minorenni li mhumiex akkumpanjati minn adulti.