Lokali

“Michael Falzon għandu jirriżenja”

Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon ma jistax jibqa’ jitħalla jkaxkar saqajh u għandu jirriżenja immedjatament. Jekk dan ma jseħħx, allura irid ikun Joseph Muscat li jneħħih.

Dan sostnih illum l-editur ta’ The Malta Independent fejn qal illi Falzon missu ilu xhur li warrab mill-Kabinett Laburista. U jinsisti li Falzon m’għandux jirriżenja sempliċiment għax Joe Cassar għamel hekk – huma t-tnejn sitwazzjonijiet li jitolbu accountability, iżda sitwazzjonijiet kompletament differenti, jgħid l-editur tal-Independent.

“Waqt li l-Gvern moħħu fil-logħob, qed ifalli kontinwament fil-wiegħda tal-kontabbilta’ politika. Dan huwa inaċċettabbli”, jgħid l-editorjal.

michael falzon