Newsdesk

NEWSDESK: L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li qed iwassal għal inċertezza kbira fost id-900 ħaddiem. Għal dan il-programm ġew mistiedna x-Shadow Minister għal Gawdex, Chris Said, u l-Ministru tas-Saħħa, Konrad Mizzi.

Il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa proċess ta’ taħwid kbir li qed jissarraf  f’inċertezza kbira dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom, kif ukoll għall-poplu Għawdxi li sa llum jinqeda mill-Isptar pubbliku mingħajr ma jħallas.

Il-Gvern mhux iwieġeb mistoqsijiet dwar jekk hux se jintmissu t-take-home-pay u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

Issa, l-pazjenti Għawdxin se jkollhom imorru bilfors fi sptar li hu mmexxi mill-barranin u li l-prijorita’ tagħhom tkun li jagħmlu profitt.

Mhux ċar jekk il-pazjenti hux se jingħataw trattament daqs min iħallas.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.