Dan l-aħħar it-tim nazzjonali Malti tal-weightlifting kiseb riżultat mill-aqwa waqt il-45 edizzjoni taċ-Challenge 210 Tournament fil-belt ta’ Tramelan fl-iŻvizzera.
It-tim Malti kien kompost minn Anton Micallef, Matthew Camilleri, Pamela Psaila u Natalie Borg.
It-tim kien immexxi mill-President tal-assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting Jesmond Caruana.
Waqt dan it-turnament ħadu sehem 180 atleta minn disa’ pajjiżi, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, San Marino, Monaco, Franza, il-Ġermanja, l-iŻvizzera u Malta.
L-aħjar riżultat individwali kien miskub minn Pamela Psaila fejn din irnexxiela tirbaħ midalja tal-fidda fil-kategorija Elite kontra, kategorija li fiha ikkompetiet kontra24 atleta.
Psaila irnexxielha wkoll twaqqaf żewġ rekords nazzjonali fil-kategorija tat-63kg b’refa 78kg fil-Clean & Jerk u t-total ta ‘130kg. Matthew Camilleri refgħa t-total ta’ 211kg u temm fid-disa’ post, Anton Micallef refgħa 200kg u spiċċa fil-21 post u u Nathalie Borg refgħet 108kg u temmet fit-tmien post.
Dawn ir-riżultati huma ta’ importanza kbira għall-kwalifiki tal-avvenimenti internazzjonali li jmiss, li huma l-kompetizzjoni tal-Mediterran u l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.
//= $special ?>

