Sport

Valletta jgħaddu għall-finali tas-Super Cup

Valletta ibbukkjaw post fil-finali tas-Super Cup wara li għelbu lil Ħamrun bi skor ta’ 11-4.

Din il-logħba ntlagħbet quddiem attendenza numeruża iżda bi ftit partitarji Ħamruniżi għaliex fl-istess ħin l-Ispartans kienu fl-azzjoni fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-futbol.

Fil-finali issa Valletta jilagħbu kontra Luxol li huma r-rebbieħa tal-kampjonat li għadda.

Il-finali tintlagħab nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.

Ħamrun ma kienux biss nieqsa mis-sapport imma naqqsu wkoll milli jkunu perikolużi kontra Valletta. Il-Beltin kienu ferm dominanti u aktar ma għadda ħin aktar kellhom kontroll tal-logħba.

Spikka fuq kulħadd l-eks plejer Ħamruniż Mohamed Abdussalam Elamari li skurja erba’ gowls. Għall-Beltin skurjaw anke doppjetta Denis Di Maio u Jovica Milijic.Il-gowls l-oħra tal-Beltin ġew skurjati minn Melvin Borg, Christian Cuadros Silva u Liam Cachia.

Il-gowls Ħamruniżi waslu permezz ta’doppjetta ta’ Raphael Felipe Ortiz de Oliveira u gowls ta’ Rodrigo Ticz Patricio u Michel Melo.