Mara barranija weġġgħet wara li ttajret minn karozza tal-linja f’San Ġiljan. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11.45am fi Triq Ġorġ Borg Olivier.
Mill-ewwel informazzjoni li għandu NETnews.com.mt jirriżulta li bl-impatt mal-vettura, misjuqa minn Taljan ta’ 51 sena, il-mara ttajret għal diversi metri.
Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, bil-kundizzjoni ta’ saħħitha s’issa għadha mhix magħrufa.
Madankollu, minn informazzjoni li għandu NETnews.com.mt, il-mara ma tinsabx fil-periklu li titlef ħajjitha.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>