Wara xhur jilqa’ l-isfidi ta’ riforma fil-Knisja, il-Papa Franġisku issa qiegħed anki jittanta xortih fid-dinja tal-mużika.
Fil-fatt għadu kemm ħareġ album tar-rock progressiv bl-isem Wake Up! li jinvolvi selezzjoni ta’ diskorsi pubbliċi tal-Papa mżewqa ma’ diversi stili mużikali li jvarjaw minn dawk kontemporanji sar-Rock u l-Latin Chant.
Dan l-album (li fih 11-il track) kien introdott waqt ċerimonja fil-Vatikan iżda l-Papa ma attendiex għaliha.
Don Giulio Neroni, il-produttur u direttur artistiku wara Wake Up! qal li l-istil sempliċi u kariżmatiku tal-Papa Franġisku serva bħala ispirazzjoni għall-album. Fl-istess ħin, il-kompożituri Dino Doni u Toni Pagliuca esprimew tama li l-arranġamenti mużikali tagħhom jgħinu biex ‘tingħata enfasi’ lill-kliem u l-messaġġi tal-Papa.
L-arranġamenti mużikali ‘jduru’ madwar id-diskorsi li għamel il-Papa f’diversi pajjiżi tad-dinja u li kienu jittrattaw diversi temi. Il-produtturi tal-album, intant, jittamaw li din il-produzzjoni tirrifletti eżatt ‘l-aspett emozzjonali u psikoloġiku’ tal-Papa.
//= $special ?>