Filwaqt li l-laqgħa li ssir għada, f’Singapore, bejn il-Presidenti taċ-Ċina u t-Tajwan se tkun l-ewwel ta’ dan it-tip, l-indikazzjonijiet kollha huma li m’għandu joħroġ xejn ta’ sustanza mit-taħditiet.
Il-President Ċiniż Xi Jinping u l-President Ma Ying-jeou tat-Tawjan huma l-ewwel mexxejja tal-Istati rispettivi li se jiltaqgħu mindu t-territorji tagħhom infirdu waqt il-gwerra ċivili taċ-Ċina fl-1949.
Sadanittant, il-laqgħa ta’ bejniethom mhix mistennija tipproduċi forom ta’ ftehim u lanqas m’għandhom jingħataw stqarrijiet konġunti. L-indikazzjonijiet huma li, quddiem il-mexxejja, hemm aġenda tat-taħditiet ‘vaga’ u dan jirrifletti s-sensittività sostanzjali tal-avveniment – b’mod partikolari min-naħa tat-Tajwan li hi ferm attenta għall-aġenda taċ-Ċina li qed tinsisti bi proċess ta’ reunifikazzjoni.
Madankollu, ħadd m’hu jinjora l-element storiku u simboliku ta’ din il-laqgħa f’Singapore, fejn l-enfasi hi fuq ‘il-preżentazzjoni’, ‘l-ambjent’ u l-‘aspett viżiv’ tas-summit.
L-osservaturi jaqblu li l-‘messaġġ proprju qed jitwassal minn din il-laqgħa’, meta s-summit f’Singapore ‘jittratta l-kunċett ta’ għarfien u mhux kwistjoni ta’ riżultati’.
//= $special ?>