Ingliż ta’ 42 sena residenti Marsaskala sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar ħames sulari mis-swar ta’ Forti Sant Iermu. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9.50am meta r-raġel kien qed jinstalla xi cameras tas-sigurtà mal-Forti.
Waqt il-proċess ta’ installazjoni, għal xi raġuni l-Ingliż waqa’ għal isfel, fuq il-blat fiż-żona magħrufa bħala Taħt iż-Żiemel. Fil-post wasal tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna medika lir-raġel fil-post. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, iżda fortunatament mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija mid-Distrett tal-Belt.
//= $special ?>