Għall-Ministru Owen Bonnici, l-Iskandlu ta’ Strada Zekka hu każ ta’ trasferiment ta’ propjetà.
F’diskussjoni waqt il-programm Realtà, bejn il-Ministru Bonnici u x-Shadow Minister Therese Comidini Cachia, Owen Bonnici ddefenda bil-qawwa kollha lil Michael Falzon.
Mistoqsi direttament minn Comodini Cachia jekk Falzon ħax flus għalih minn dan id-deal, il-Ministru l-ewwel ma weġibx, iżda imbgħad qal li s-Segretarju Parlamentari ma ħa xejn.
Therese Comodini Cachia qalet li dan il-każ ta’ Falzon mhuwiex ċajta. Anzi, hu każ serju għax għandek Segretarju Palrlamentari li jaqa’ direttament taħt il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Ix-Shadow Minister qalet ukoll li wara dak kollu li smajna s’issa, ħadd mhu jemmen li ma kienx hemm negozju bejn il-Partit Laburista u Gaffarena.
//= $special ?>