Lokali Parlament

L-Ispeaker u l-Kap tal-Oppożizzjoni jesprimu stima lejn l-eks Deputat Joe Cassar

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil esprimew ir-rispett tagħhom lejn l-ex deputat Nazzjonalista Joe Cassar waqt laqgħa fid-Dar Ċentrali tal-PN li fiha l-Ispeaker ippreżenta tliet kotba lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-kotba jitrattaw ir-rulings mogħtija fil-Parlament, diskors saljenti dwar id-diplomazija parlamentari u ktieb li jinkludi l-aħħar diskors tal-ex Deputat Nazzjonalista Joe Cassar bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kultura. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien akkumpanjat mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius.

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia esprima r-rispett lejn Joe Cassar waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li r-riżenja ta’ Joe Cassar kienet telfa kbira għall-Parlament.

Simon Busuttil qal li Joe Cassar hu persuna li rrispetta lill-Parlament b’irġulija u refa’ r-responsabbiltà kollha.

Filwaqt li semma l-eżempju li ta Joe Cassar, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar l-importanza tal-awtonomija tal-Parlament; settur li jitkellem ħafna dwar l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.

Simon Busuttil sostna li s-sit il-ġdid tal-Parlamnet għen ħafna biex tissaħħaħ l-awtonomija tal-Parlament Malti.