Mara tittajjar ftit bogħod minn zebra crossing

Mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ mara li ttajjret fi Triq Schembri, kantuniera ma’ Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ ftit wara d-9.30 ta’ dalgħodu meta karozza tat-tip Toyota kienet qed iddur il-kantuniera. Fl-istess ħin kienet qed taqsam anzjana ta’ 69 sena.

L-inċident seħħ ftit metri bogħod minn zebra crossing.