Qalbet għall-aħjar il-kundizzjoni ta’ saħħet il-Kuntistabbli Anthony Galea, li lbieraħ filgħodu kien involut f’inċident ikrah tat-traffiku f’San Ġwann, meta kien bil-mutur tas-Servizz.
Fl-aħħar sigħat, hu nħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU), iżda għadu qed jinżamm l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Sa dalgħodu, Anthony Galea kien għadu f’qagħda kritika.
//= $special ?>