Il-Kap tal-PN Simon Busuttil iżur il-Festival tal-Ktieb
Eluf ta’ Maltin għal sena oħra ħatfu l-opportunità biex iżuru l-Festival tal-Ktieb li qed jittella’ f’Dar il-Mediterran. Il-festival, li beda l-Erbgħa u jintemm il-Ħadd, għandu l-parteċipazzjoni ta’ għexieren ta’ esebituri b’eluf ta’ kotba ghall-bejgh.
Diversi familji, anke’ dawk bit-tfal, kellhom iċ-ċans ukoll jipparteċipaw f’numru ta’ attivitajiet li ġew organizzati bħala parti mill-programm. Fost dawn, qari tal-kotba lit-tfal.
Is-Sibt żar ukoll il-Festival tal-Ktieb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li ltaqa’ ma diversi esebituri differenti, kif ukoll il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca. Il-Fiera tal-Ktieb tintemm il-Ħadd.
Netnews.com.mt tkellem ma’ waħda mill-awtriċi li qed tesebixxi l-kotba tagħha. Claire Azzopardi hi lecturer tal-Malti iżda wkoll awtriċi ta’ kotba kemm tat-tfal kif ukoll tal-kbar. Ara l-filmat (hawn fuq) b’kummenti ta’ Claire Azzopardi dwar l-importanza li t-tfal ikunu ntrodotti għall-kotba.
//= $special ?>