Mara ta’ 69 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu fi Triq l-Oratorju n-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45 ta’ filgħodu meta l-mara ttajjret minn vettura tat-tip Isuzu misjuqa minn raġel ta’ 52 sena mill-Mellieħa.
Il-mara kellha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet ċertifikata li tinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti biex jassistuh f’inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>