Lokali

Pazjenti f’Monte Karmeli jkollhom jużaw ilma tal-ktieli biex jinħaslu

Ħsarat f’boiler li jissupplixxi ilma sħun fit-taqsima tal-anzjani fl-isptar Monte Karmeli wassal biex bejn ilbieraħ u llum xi anzjani kellhom jinħaslu bil-ktieli.

Persuni qrib il-pazjenti li tkellmu ma’ Netnews.com.mt qalu li l-boiler waqaf jaħdem ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija. Kelliema għall-isptar ikkonfermat li kien hemm ħsarat fil-boiler u li l-inġiniera tal-isptar qed isewwu l-ħsarat.

Madanakollu, persuni li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li mhux mistenni li jinġieb diesel għall-boiler qabel nhar it-Tnejn li ġej.