Lokali

Cabin Cruiser tieħu n-nar

Raġel ma sofra l-ebda ġrieħi meta kien fuq cabin cruiser li ħadet in-nar f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu.

Xi persuni qalu lil Netnews.com.mt li semgħu splużjoni u minnufih beda jidher ħiereġ mill-cabin cruiser duħħan qawwi li seta’ jintlemaħ minn diversi bnadi madwar Malta.

Fuq il-post marru membri mill-Forzi Armati ta’ Malta li assistew lir-raġel u ħaduh Xatt it-Tiben il-Furjana biex jingħata l-assistenza medika. Ma jirriżultax li ġarrab ġrieħi iżda kien qed isofri minn xokk.

Qabel waslu l-Forzi Armati fuq il-post diġa’ kien hemm xi persuni oħra li kienu qed jassistu lir-raġel bid-dgħajjes tagħhom.

cabin cruiser

Ritratt: Rodney Degiorgio