“Lest nerġa naħsibha dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea”. Hekk mistenni jwissi lil mexxeja Ewropej il-Prim Ministru Ingliż David Cameron jekk il-mexxeja Ewropej ma’ jaċċettawx it-talbiet Brittaniċi għal tibdil fl-Unjoni Ewropea.
Cameron huwa mistenni jagħmel it-twissija tiegħu it-Tlieta li ġej hekk kif jibgħat ittra lil President tal-Kunsill Donald Tusk. Il-Partit Konservattiv ta’ Cameron kien wiegħed li sas-sena 2017 ikun sar referendum fir-Renju Unit dwar sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Minn naħa tagħhom numru ta’ deputati Laburisti ddeskrivew din l-aħbar bħala logħba ta’ bluff fejn il-kliem ta’ Cameron mhuwiex bl-ebda mod ha jkun simili għal azzjonijiet.
//= $special ?>