Lokali Saħħa

Direttiva tal-MUMN tidħol fis-seħħ

L-isptar Monte Karmeli

L-MUMN daħħlet fis-seħħ direttiva għan-nurses kollha li jaħdmu fl-isptar Monte Karmeli, wara difett fis-sistema ta’ kif pazjenti ġodda fl-isptar jiġu imfittxa għal kwalunkwe riskji li jkunu jistgħu qed iġorru.

Bħalissa, meta jasal pazjent ġdid fl-isptar Monte Karmeli, isir dak li jissejjaħ ‘clerking’, fejn il-pazjent ikun mistoqsi dwar l-isfond tiegħu. Wara, hu jiddaħħal fis-sala rispettiva fejn l-infermiera jwettqu tfittxija fuq il-pazjent għal xi oġġetti li jistgħu ikunu ta’ riskju.

Riċentament, għal xi raġuni mhux magħrufa, tabib fl-isptar Monte Karmeli rrifjuta li jkun preżenti għal dan il-proċess, bl-MUMN tilmenta li l-infermiera qed ikunu esposti għal perikli.

F’ittra liċ-Chief Nursing Manager tal-isptar, l-MUMN qalet li qed tordna lill-infermiera biex ma jħallux pazjenti mhux uffiċjali milli jidħlu f’żoni tal-isptar ikkunsidrati bħala sensittivi. Filwaqt li appellaw għal sistema ġdida ta’ kif jintlaqgħu il-pazjenti ġodda fl-isptar Monte Karmeli, bl-akbar sigurta’ possibbli għall-infermiera.