IL-ĠURNALI LLUM IL-ĦADD 8 TA’ NOVEMBRU 2015
IL-MUMENT illum fil-faċċata titkellem dwar il-futur politiku ta’ Michael Falzon u tgħid li sorsi fil-Partit Laburista stqarrew li r-riżenja jew le ta’ Michael Falzon minn Segretarju Parlamentari tiddependi biss mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-Mument fi storja oħra tiżvela kif l-abbużi fil-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza ser tispiċċa taħt l-iskrutinju tal-Parlament Ewropew. Storja oħra tiżvela kif l-Alġerini ħallsu mal-ħames t’elef Ewro biex kisbu l-visa lejn Malta.
THE SUNDAY TIMES OF MALTA minn naħa tagħha fil-faċċata wkoll titkellem dwar is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon u l-Prim Ministru Joseph Muscat bis-Sunday Times tgħid li f’intervista magħha l-Prim Ministru ħarab mistoqsijiet dwar it-tneħħija ta’ Michael Falzon minn Segretarju Parlamentari. Fi storja oħra The Sunday Times of Malta tgħid li qawwiet Ingliżi jinstabu fi Sqallija bil-lest għas-summit ta’ Malta.
THE MALTA INDEPENDENT tkompli tiżvela aktar dettalji dwar l-iskandlu tal-visas għall-Alġerini fejn tiżvela aktar rabtiet diretti u qrib il-Prim Ministru Joseph Muscat u Identity Malta b’rabta ma’ dan l-iskandlu. Fi storja oħra The Malta Independent tgħid li l-Kummissjoni Ewropea bħalissa tinstab għajnejha fuq Malta wara l-problemi bil-fondi Ewropej għax-xogħol fil-Coast Road.
ILLUM minn naħa tagħha tiżvela kif is-sid il-ġdid tal-isptar ta’ Għawdex mexxa kumpanija li xoljiet u lukanda qabel iddikjara falliment.
MALTATODAY tiżvela kif l-Air Malta bħalissa tinstab f’taħdidiet mal-linja tal-ajru Etihad.
KULLĦADD, il-gazzetta tal-Partit Laburista, fil-faċċata tatakka lil Partit Nazzjonalista għaliex dan irid jirtira l-permess tal-pompa tal-petrol ta’ Gaffarena f’Ħal Qormi.
IT-TORĊA, il-gazzetta tal-General Workers Union tinfexx f’attakk qawwi kontra l-persuna tal-Ombudsman Joseph Said Pullicino bi storja fil-faċċata u b’editorjal mimli attakki u allegazzjonijiet.
//= $special ?>