Lokali

Imfakkar Sir Ugo Mifsud

Għal sena oħra l-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista ta’ Ħal Lija organizza kommemorazzjoni f’ġieħ l-eks Prim Ministru Sir Ugo Mifsud.

Ugo Pasquale Mifsud kien Prim Ministru ta’ Malta bejn l-1924 u l-1927 u reġa’ okkuppa l-uffiċju tal-Prim Ministru bejn l-1932 u l-1933, fi zmien meta l-Gvern kolonjali Ingliż ried jiddeporta lil numru ta’ Maltin li ma kienux jaqblu magħhom.

Sir Ugo Mifsud kien miet jumejn wara li sofra attakk tal-qalb waqt diskors qawwi fil-Parlament.

Dalgħodu fiċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar il-memorja ta’ Sir Ugo Mifsud bi tqegħid ta’ fjuri fuq il-qabar tiegħu. Preżenti għall-kommemorazzjoni kien hemm it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calasione, is-Sindku Magda Magri Naudi u diversi membri tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista ta’ Ħal Lija.