Lokali

Issir Bike Ride b’risq il-Moviment Hospice

Il-Ħadd filgħodu ħareġ temp mill-isbah ghal dawra bil-mixi jew inkella bir-rota.

Filfatt, ‘il fuq minn mitt ċiklist iltaqgħu f’Ħal Balzan minn fejn telqu b’ġirja bir-roti lejn il-Belt, Tas-Sliema u lura b’risq il-Hospice Movement.

Din hija l-ħames sena li l-grupp Knight Cyclists organizza l-bike ride b’risq il-Moviment Hospice u din is-sena nġabret somma rekord ta’ 8,000 ewro.

Il-bike ride telqet minn quddiem il-bini tal-Hospice Movement f’Ħal Balzan u l-attivita’ kienet indirizzata wkoll mis-Sindku ta’ Ħal Balzan in-Nutar Ian Spiteri, li kien akkumpanjat mill-Viċi-Sindku Andre Grech.