Dawl misterjuż li deher f’Kalifornja fl-Istati Uniti qanqal spekulazzjoni kbira fuq il-midja soċjali partikolarment peress li ħafna ħasbu li kien oġġett misterjuż mill-ispazju.
Il-filmati li nġibdu minn numru kbir ta’ persuni juru dawl abjad ibiddel il-forma. Filmati mill-ewwel serqu l-attenzjoni ta’ eluf li fuq il-media soċjali insistew li d-dawl kien ġej minn ‘UFO’.
Madanakollu, aktar tard irriżulta li d-dawl ma kien xejn ħlief dawl minn missila li ġiet sparata bi prova.
Il-missila kienet skedata u ġiet sparata ‘l barra mill-kosta bħala prova. Normalment, ma jkunx hemm avviżi minn qabel ta’ provi bħal dawn.
Madanakollu, dan xejn ma waqqaf lil mijiet ta’ persuni li ċemplu lill-Pulizija għax ħasbu li kienu għadhom kif raw ‘UFO’ għaddejja mis-sema!
//= $special ?>


