Malta fakkret Jum it-Tifkira b’ċerimonja madwar il-Monument tal-vittmi tal-gwerra fil-Floriana. Ċermonija li fiha spikkat il-parteċipazzjoni ta’ ex membri tas-Servizzi Ingliżi li servew f’Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Kienu dawn il-persuni flimkien ma’ eluf oħrajn li ddefendew lil Malta mill-attakki tal-għadu fit-Tieni Gwerra Dinjija.
F’din l-okkazjoni jitfakkrru wkoll il-vittmi tal-Ewwel Gwerra Dinjija.
Wara quddiesa fil-Konkattidral ta’ San Ġwann, l-ogħla personalitjaiet Maltin flimkien ma’ rappreżentanti ta’ ambaxxaturi u entitajiet oħra lokali sellmu lill-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija billi poġġew kuruni mal-monument fil-Floriana.
Fost id-dinjitarji Maltin…il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Flimkien magħhom ingħaqdu rappreżentati ta’ ambaxxati f’Malta li lkoll sellmu lill-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija bi tqegħid ta’ kuruni mal-monument. Jispikkaw fuq kollox il-kuruni ħomor bil-fjura tal-poppy, il-fjura marbuta ma’ din it-tifkira.
Fuq kollox spikkaw l-ex suldati Ingliżi li ddefendew lil Malta u li għalihom dan il-jum għandu sinifikat uniku u partikolari…bix-xieraq u mistoqqha huma r-rikonoxximenti li dawn għandhom għall-qlubija li huma wrew flimkien mal-Maltin fil-ġlieda għad-demorkazija u l-valuri Ewropej.
//= $special ?>