Dalgħodu, l-inħawi tal-Floriana u l-Belt Valletta kienu mwaħħlin għal ħin twil fit-traffiku minħabba xogħlijiet ta’ tisbiħ li kienu qed isiru hekk kif ftit jiem oħra isir f’Malta l-‘Valletta Summit’.
Kien rappurtat li t-traffiku baqa’ sejjer sal-inħawi tal-Marsa.
Fl-aħħar jiem kienu rappurtati diversi konġestjonijiet tat-traffiku minħabba xogħolijiet li qed isiru fit-toroq Maltin, partikolarment xogħol fuq żebgħa mill-ġdid lis-sinjali tat-traffiku mal-art kif ukoll tħawwil ta’ pjanti fir-roundabouts.
Ħafna mix-xogħol qed isir f’toroq li jiffurmaw parti mir-rotta li se jieħdu l-mexxejja tal-pajjiżi li se jkunu Malta għas-summit.
//= $special ?>