Tfajla ta’ 20 sena u mara ta’ 51 weġġgħu f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Sant’Andrija f’Pembroke.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15 ta’ filgħaxija meta vettura li kienet ħierġa mill-pompa tal-petrol ħabtet ma’ vettura oħra li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn Paceville.
Il-karozza li kienet ħierġa mill-pompa tal-petrol kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 55 sena residenti Pembroke u miegħu kellu l-mara ta’ 51 sena bħala passiġġiera.
Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 26 sena u miegħu kellu lit-tfajla ta’ 20 sena.
Iż-żewġ nisa ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura iżda ma jidhirx li jinsabu fil-periklu tal-mewt. Iż-żewġ sewwieqa ma ġralhom xejn.
//= $special ?>