Toni l-kuntistabbli “qed jirkupra tajjeb”

Anthony Galea, il-kuntistabbli li erbat ijiem ilu ttajjar minn vettura, “qed jirkupra tajjeb”.

Ritratt li qed idur fuq il-media soċjali juri lil “Toni l-Iswed” iħares lejn il-kamera u jitbissem u b’idu jagħmel is-sinjal “thumbs up”.

Anthony Galea kien fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann. Hu kien qed isuq mutur tal-Pulizija.

Kawża tal-inċident, il-Pulizija kien tkaxkar għal diversi metri sal-bankina qrib il-Life Sciences Park, fejn seħħ l-inċident. Iżda issa kollox jindika li l-Pulizija qed jirkupra mill-inċident ikrah li kellu.