Fil-mument tal-Ħadd 8 ta’ Novembru – Ir-rakkont sħiħ tal-Malti Noel Sciberras waqt u wara li nħeles
Milizja al-Radda: Hemm (jindikaw il-post fejn kien miżmum il-Malti). Il-bibien huma kollha msakkra.
Min hemm? Oħorġu! Ċedu!
Il-ġnub huma magħluqin. Ma jistgħux jaħarbu.
Min hemm? Ċedu! Oħorġu! Il-post qed jiġi assedjat. Ċedu… ċedu! Min hawn? Oħroġ…Int il-Malti?
Noel Sciberras: Iva!
Milizija al-Radda: Kollox sew. Tlaqna. Aħna ġejna biex neħilsuk.
Noel Sciberras: OK
Milizija al-Radda: Ikkalma.
Milizija al-Radda: X’jismek? (lill-kriminali li ħatfu lil Noel Sciberras)
Milizja al-Radda: Ejja! Tlaqna! Daħluh fil-karozza (lil Noel Sciberras)
Noel Sciberras: Liema karozza?
Milizija al-Radda: Dik armata.
Noel Sciberras: Is-sliem għalikom. Jiena Malti, Noel Sciberras. Għandi kumpanija fil-Libja. Jien kont maħtuf fl-10 ta’ Settembru. Ma nafx min huma dawk li ħatfuni. Lili ħatfuni qrib id-dar tiegħi f’Janzour. Żammewni maħruf għal 47 jum. Nirringrazzja ‘l Alla, ma’ sbiħ il-jum ġew l-Ispecial Detterance Force u ħelsuni. Il-lum sirt naf li kont ninsab f’Ein Zara. 46 jum f’Ein Zara. Aħfruli għal-lingwa li qed nitkellem biha, imma nista’ nitkellem bi ftit Għarbi u bl-aċċent Libjan. Trattaw daqs li kont kelb. Kull ma kelli ħobż u ġobon għal 46 jum. Huma tawni niekol xi għaxar darbiet biss. 80 fil-mija kien ilma. Nirringrazzja ‘l Alla, l-Ispecial Detterance Force ġew dalgħodu u ħelsuni.
Huma (min ħatafni) ħaduli r-ritratti darbtejn biex bagħtuhom lill-Gvern Malti. Il-lum sirt naf li huma talbu €5 miljun biex ninħeles. Meta kont imsakkar, staqsejthom x’kienet il-problema? It-tweġiba tagħhom kienet mimlija bi stejjer differenti. Minn jum għal ieħor, kienu jgħiduli li se jkunu qed jinnegozjaw biex jeħilsuni. Nirringrazzja ‘l Alla… ilbieraħ tlabt ‘l Alla u dalgħodu l-Ispecial Detterance Force ħelsuni. Nirringrazzja ‘l Alla… huma tawni wkoll x’nilbes u qatgħuli xagħri. Issa kollox sew! Meta kont imsakkar f’kamarti bqajt bl-istess ħwejjeġ għal 41 jum. U tawni permess biex ninħasel wara 41 jum, u wara tawni xi ħwejjeġ oħra. Nirringrazzja ‘l Alla, illum ninsab ħieles u f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa.
//= $special ?>