Lokali

Filmat: “Ħsara inaċċettabbli mal-faċċatta ta’ Kastilja”

Għall-Kap Eżekuttiv tal-MEPA, Johann Buttigieg, mhux aċċettabbli li ssir ħsara f’bini bħalma hi Kastilja, li ttaqqbet b’ħofor kbar biex issir sistema’ ġdida tad-dawl.

Jien għalija bħala CEO tal-MEPA mhux aċċettabbli

Kienu dawn il-kummenti tal-Kap Eżekuttiv tal-MEPA, Johann Buttigieg, meta mistoqsi mill-ġurnalisti jekk jaqbilx mal-ħsara li saret fil-faċċata ta’ Kastilja.

Kien il-ġimgħa li għaddiet li kien żvelat kif il-faċċata ta’ kastilja ttaqqbet b’toqob kbar biex minnhom il-kuntrattur seta’ jgħaddi d-dawl.

L-istess il-Perit Vincent Cassar, Chairman tal-MEPA, li hu wkoll spjega li ma jaqbilx mal-metodu użat f’dan il-każ.

Jien jidirli li ma kienx hemm ghalfejn isir it-titqib.

Mistoqsija dwar min għandu jerfa’ r-responsabilta’ għal dak li seħħ, Buttigieg qal li jekk il-permess biex isiru dawn it-toqob inħareġ, allura s-Sovrintendenza għandha terfa’ r-responsabilta’ tal-clearance li ngħatat.

Saħansitra kompla li mhux infurmat min-naħa tal-Infurzar li r-regoli ma ġewx osservati f’dan il-każ.

Segwi aktar fil-filmat t’hawn taħt.