Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo irrifjuta li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju dwar l-impatt soċjali u ekonomiku u l-cost benefit analysis dwar l- airfield f’Għawdex.
Għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, il-Ministru Refalo wieġeb illejla fil-Parlament, li l-informazzjoni mitluba hi ta natura kummerċjali u sensittiva u ma tistax tiġi rilaxxata.
F’mistoqsija oħra, id-Deputat Nazzjonalista staqsa lill-Ministru għal Għawdex jagħti tagħrif dwar jekk ħarġitx tender għal studju dwar l-impatt ambjentali għal dak li jikkonċerna l-airstrip f’Għawdex; u jekk iva, min ingħata t-tender biex iwettaq dan ix-xogħol, fiex wasal dan ix-xogħol, u kemm hi mistennija tkun in-nefqa għal dan l-istudju.
Il-Ministru Refalo wieġeb li din l-infomazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
//= $special ?>