Il-Gvern Malti ordna lill-Medavia biex twaqqaf it-titjiriet kollha bejn l-Ajruport ta’ Mitiga fil-Libja u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif f’dawn il-jiem se jsir f’pajjiżna s-Summit dwar l-Immigrazzjoni.
Din l-aħbar kienet ikkonfermata minn Uffiċjal tal-kumpanija, għalkemm id-deċiżjoni għadha ma tħabbritx mill-Gvern Malti. Id-deċiżjoni ħadet b’sorpriża lil ħafna, fosthom dawk li kienu qed jippjanaw li jmorru l-Libja, kif ukoll Maltin li kienu fil-Libja u li marru l-Ajruport ta’ Mitiga u skoprew li t-tijiriet kienu tħassru mingħajr avviż.
Il-gazzetta Libya Herald ikkwotat ukoll lil Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea, li kkonferma li d-deċiżjoni li t-titjiriet tal-Medavia bejn Malta u l-Libja kienet f’idejn Malta, tant li l-Unjoni Ewropea ma ndaħlitx fiha.
//= $special ?>