Futbol

In-Niġerja inkurunati champions tad-dinja

Tard il-Ħadd filgħaxija n-Niġerja għelbu lill-Mali 2-0 biex rebħu t-tazza tad-dinja ta’ taħt is-17-il sena. Grazzi għal dan is-suċċess in-Niġerja iddefendew it-titlu li kienu rebħu sentejn ilu fl-Emirati Għarab Magħquda. In-Niġerjani, li bdew il-finali bħala l-akbar favoriti, mal-ewwel ħarġu jfittxu l-gowl u wara biss tliet minuti rebħu penalty meta Chato deher jimblokka xutt ta’ Oshimhen b’idu.

Mill-11-il metru l-gowlkiper tal-Mali Samuel salva xutt ta’ Ebele.

Kif fis-56 minuta li n-Niġerjani marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ OSIMHEN. In-Niġerja komplew jippressaw u wara biss tliet minuti żiedu mal-iskor b’gowl ta’ BAMGBOYE li skurja b’xutt fis-saqaf tax-xibka għal skor finali ta’ 2-0. Din kienet il-ħames darba li n-Niġerja rebħu dan it-titlu.

Intant, fil-logħba għat-tielet u r-raba’ post il-Belġju għelbu lill-Messiku 3-2.