“Jekk ma nirbħux it-Treble jkun staġun ta’ falliment. Naf li qiegħed ma’ klabb kbir u l-pressjoni li hawn hi l-istess bħalma kien hemm meta kont ma’ Barcelona.”
Hekk sostna l-kowċ ta’ Bayern Munich Pep Guardiola jumejn wara li t-tim tiegħu għeleb lil Stuttgart 4-0 biex iddefenda l-ewwel post fil-kampjonat. Guardiola kien ħa post Jupp Heynckes sentejn ilu imma filwaqt li t-tim baqa’ jiddomina fil-kampjonat, dan għadu ma rebaħx iċ-Champions League. Fl-aħħar żewġ staġuni Bayern dejjem kienu eliminati fis-semifinali taċ-Champions League. Ironikament, kien dejjem it-tim li spiċċa rebaħ it-tazza li elimina lil Bayern. Dawn tal-aħħar bħalissa għandhom vantaġġ ta’ ħames punti fil-quċċata tal-Bundesliga u fit-tazza domestika jmisshom jilagħbu fil-fażi tal-aħħar 16.
//= $special ?>