Hija l-Enemalta li eventwalment tiddeċiedi jekk tippubblikax jew le. Hekk wieġeb il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi meta kien mistoqsi waqt konferenza tal-aħbarijiet meta se jkun ippubblikat il-kuntratt tal-Power Station Dellimara.
Konrad Mizzi qal li l-Kummissjoni Ewropea qed tanalizza l-kuntratt u mistennija li tirrakkomanda xi tibdil. Hu qal li l-Gvern lest li jakkomoda dawn ir-rakkomandazzjonijiet u eventwalment ikun finalizzat il-kuntratt.
Hu qal li l-Enemalta issa saret kumpanija pubbliku u d-deċizjoni hi f’idejha jekk il-kuntratt jigix ippubblikat jew le.
Min-naha tiegħu, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maros Sefcovic faħħar il-progress li għamlet Malta fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded.
Dan hekk kif fl-2013 3.8% tal-enerġija kienet ġenerata minn sorsi li jiġġeddu u dan il-perċentwal tela’ għal 5 fil-mija għal din is-sena.
Sefcovic qal li jekk jinżamm dan ir-ritmu, Malta se tkun laħqet il-mira ta’ 10% sal-2020.
U għal darb’oħra netnews.com.mt ma tħalliex jaghmel mistoqsijiet waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Gvern.
Il-ġurnalist tan-Net ghamel diversi sinjali sabiex jaghmel mistoqsija izda inqabeż darbtejn. Meta wasalna biex naghmlu l-mistoqsijiet, ġejna mwaqqfa minhabba li skada il-ħin.
//= $special ?>

