Lokali

L-għaqda Ewropea fl-Enerġija hu proġett fit-tul – il-Viċi President tal-KE

L-għaqda Ewropea fil-qasam tal-Enerġija hu proġett fit-tul u l-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija hu katina mill-aktar importanti.

Sostna dan, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maros Sefcovic waqt laqgħa f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-kunċett ta’ Energy Union se jkun fuq l-aġenda tas-Summit Ewropew ta’ Diċembru, bil-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea jgħid li l-proġett ta’ pipeline tal-gass iwassal biex Malta tkun aktar integrata mal-grid Ewropew.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-proġett tal-pipeline tal-gass se jgħin biex ikun hemm aktar roħs fit-tariffi tal-elettriku.