Il-midfielder ta’ Pembroke Athleta Austin Martz rebaħ it-tieni unur personali dan l-istaġun hekk kif ġie ivvutat bħala l-aqwa plejer għax-xahar ta’ Ottubru. Hu kien diġa’ rebaħ dan l-unur f’Awwissu.
Il-plejer Amerikan,bil-veloċità u l-grinta tiegħu hu pedina importanti fit-tim ta’ Pembroke.
Norman Bonello, Manager tal-fergħa tal-Ibraġ tal-BOV ippreżenta t-trofew lil Martz. Il-plejer għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.
//= $special ?>