Futbol

‘Minn dejjem kont tal-fehma li jien l-aqwa plejer fid-dinja’ – Cristiano Ronaldo

“Fil-karriera tiegħi rnexxieli nilħaq livell għoli ħafna. Tant kemm hu livell għoli li nemmen li diffiċli nkompli nitjieb u d-dmir tiegħi issa hu li nibqa’ nilgħab f’dan il-livell u b’din il-konsistenza għas-snin li ġejjin u din mhix se tkun ħaġa faċli. M’iniex se ngħid li jien l-istorja tal-futbol imma nista’ ngħid li jien leġġenda ta’ dan l-isport. L-istatistika titkellem weħidha. Jien dejjem nemmen li jien l-aqwa plejer fid-dinja u ma nagħtix kas x’jaħsbu n-nies. Ma jimpurtanix jekk Lionel Messi jirbaħ il-Ballun tad-Deheb.”

Dawn kienu l-ewwel kummenti f’intervista twila li ta l-winger ta’ Real Madrid Cristiano Ronaldo ftit jiem qabel ma lbieraħ intwera għall-ewwel darba dokumentarju dwar il-ħajja tiegħu fis-swali taċ-ċinema madwar l-Ewropa. Id-dokumentarju mhux biss jittratta l-aspett tal-futbol imma wkoll il-ħajja tal-plejer Portugiż li llum il-ġurnata għandu 30 sena….

Aktar fin-Nazzjon t’għada.