Materjal u apparat tal-kostruzzjoni, fost l-oħrajn tajers tal-gafef, ingħataw in-nar ftit wara nżul ix-xemx tal-bieraħ fis-sit tal-kumpanija Polidano Group f’Ħal Farruġ.
Fuq il-post kellhom jissejħu erba’ vetturi tat-tifi tan-nar mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jikkontrollaw in-nar li diġa’ kien beda jinfirex u affettwa wkoll xi apparat fil-qrib.
Fi stqarrija Polidano Group ippublikaw ritratti ta’ raġel li fil-filmati minn kameras tas-sigurta’ jidher jidħol fil-propjeta’ ta’ Polidano Group, ta n-nar lit-tajers u telaq mill-post.
“L-azzjonijiet ta’ dan ir-raġel setgħu ħallew impatt fuq il-ħidma tal-kumpanija li kieku ma ttiħditx azzjoni immedjata. Din il-persuna m’għandiex rispett lejn l-għajxien tal-ħaddiema u l-familji tagħhom hekk kif dan l-att seta’ kien katastrofiku li kieku n-nar infirex iktar.
Min għandu xi informazzjoni qed jintalab jgħaddiha lill-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi, fejn sar rapport mill-grupp. Qed jingħata rigal lil min jidentifika lil dan ir-raġel u l-informazzjoni twassal biex jitressaq il-Qorti.
//= $special ?>