Fi tmiem din il-ġimgħa, il-Malta Institute of Professional Photography, l-MIPP, se torganizza konvenzjoni f’Montekristo Estates, li se tkun qed titratta diversi aspetti tal-fotografija.
Il-President u l-Fundatur tal-MIPP Kevin Casha, qalilna li din il-konvenzjoni se titella’ għall-11-il darba, u ddeskriva l-għan prinċipali ta’ din il-konvenzjoni.
Fost il-mistednin li se jkunu preżenti għal din il-konvenzjoni se jkun hemm fotografi ta’ fama internazzjonali.
Il-konvenzjoni se tkun qed tikkonsisti bosta workshops ta’ prattika tal-fotografija u kif ukoll lezzjonijiet rigward l-iżvilupp fil-kunċett tal-fotografija.
Kevin Casha qal li din il-konvenzjoni hija miftuħa għal kulħadd filwaqt li ħeġġeġ il-dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-fotografija biex jattendu.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit tal-MIPP jew il-pagna tagħhom fuq facebook.
Aktar fil-filmat.
//= $special ?>