Il-Kunsill Konsultattiv tal-LGBTIQ fi stqarrija appella lill-Valletta Summit biex jirrispetta d-drittijiet tal-migranti u r-refuġjati kollha billi jisħaq għal rotta sigurta u legali għal dawk li jkunu qed ifittxu protezzjoni.
Il-Kunsill Konsultattiv qal li l-gwerer, l-istabbiltà f’ċertu reġjuni, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-faqar estrem huma fost il-fatturi li jwasslu biex ħafna nies jitilqu minn djarhom u jfittxu kenn fl-Ewropa, b’eluf li tilfu ħajjithom waqt il-vjaġġ tagħhom għal futur u ħajja aħjar.
Fl-istqarrija, il-Kunsill Konsultattiv tal-LGBTIQ qal li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hi minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Il-Valletta Summit għandu jara li jinħolqu rotot legali u siguri biex min ikun qed ifittex ażil f’pajjiż Ewropew, ikollu aċċess għal dan b’mod ħieles, ugwali u bi proċeduri li jiddeterminaw jekk l-ażil ikunx mistħoqq, ikun fejn ikun il-pajjiż fejn jintalab il-kenn, itemm jgħid il-Kunsill Konsultattiv.
//= $special ?>