Lokali

Is-CEO li spiċċa mill-BOV se jieħu inqas minn Michael Falzon

Il-ġurnal The Malta Independent qed jirrapporta kif illum il-BOV se jaħtar Kap Eżekuttiv ġdid minflok Charles Borg. Iżda ta’ interess kbir huwa l-pakkett ta’ irtirar li ingħata Borg – pakkett finanzjarju li huwa €100,000 anqas minn kemm ingħata Michael Falzon meta daħal fil-Kabinett Laburista.

Kuntrarju għal Michael Falzon, Charles Borg ma ingħatax l-għażla li jirritorna lura mal-bank. Ironikament, Borg kien ilu mal-BOV aktar minn Michael Falzon, u ħa nofs il-flus li ħa s-Segretarju Parlamentari f’dik li l-ġurnali iddiskrivew bħala golden handshake mal-BOV.

Il-pakkett ta’ Charles Borg kien negozjat miċ-chairman John Cassar White.