Malta: Jamie Azzopardi, Daniel Buckle, Jean Borg, Nichoals Pulis (Kyrian Nwoko 53), Connor Zammit (Jacob Walker 79), Matthew Guillaumier, Aidan Jake Friggieri, Jake Grech, Zachary Brincat (Timothy Aquilina 19), Juan Corbolan, Joseph Mbong
Iżrael: Haviv Ohayon, Ben David Shay Pinhas, Erez Isakov (Idan Nachmias 83), Roy Yedida Dayan, Anas Mahamid (Ibrahim Sfuri 79), Idan Adneney, Eylon Yerushalmi (Itzik Shoolmasiter 53), Dor Galili, Ofek Marom, Noam Gamoun, Eden Hershkovich
Referee: Neil Doyle (Irlanda)
Skurjaw: J. Grech 15 pen (M), A. Mahamid 37, 48, I. Sfuri 90 (I)
Tkeċċew: J. Azzopardi 16 (M), I. Adneneny 51 (I)
Imwissija: J. Grech, J. Corbolan (M), E. Isakov, I. Adneneny, R. Y. Dayan, D. Galili (I)
Wirja qalbiena ma kinitx biżżejjed għat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena ta’ Malta, hekk kif, fil-Victor Tedesco Stadium tilef bi skor ta’ 3-1 fl-ewwel logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2016.
L-andament tal-logħba nbidel meta tkeċċa l-gowlkiper Maltin, Jamie Azzopardi għax minn hawn ‘il quddiem l-avversarji tagħna approfittaw mill-vantaġġ numeriku u wettqu rimonta wara li kienu 1-0 minn taħt.
Wara kwarta logħob Malta ingħataw penalty meta Roy Yedidia Dayan waqqa’ lil Juan Corbolan fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Jake GRECH, li ma żbaljax biex għamel l-iskor 1-0. Iżda żewġ minuti wara, il-Maltin ħadu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 plejers. Dan wara li tkeċċa l-gowlkiper Jamie Azzapardi, minħabba li miss il-ballun b’idu barra l-kaxxa, wara li ħareġ biex jinterċetta l-periklu.
L-Iżraeljani approfittaw minn din it-tkeċċija u bdew juru l-aħjar logħob. Huma ma damx ma ġabu d-draw u fis-37 minuta, Anas MAHAMID għadda tajjeb bejn żewġ difensuri Maltin, qabel ġie wiċċ imb’wiċċ mal-gowlkiper sostitut Timothy Aquilina, u tefa’ ġewwa għal 1-1.
Fit-48 minuta, l-Iżrael irdoppjaw meta wara li rċieva cross mil-lemin, l-awtur tal-ewwel goal Anas MAHAMID, li kien żmarkat għola tajjeb u b’ daqqa ta’ ras, xeħet ġewwa.
Tliet minuti biss wara iż-żewġ timijiet spiċċaw b’10 plejers meta tkeċċa Idan Adneneny tal-Iżreal, wara li rċieva żewġ karti sofor.
Fit-78 minuta, l-avversarji tagħna reġgħu ħolqu l-periklu meta xutt minn ġewwa l-kaxxa ta’ Eden Hershkovich għadda ftit barra. Il-Maltin irrispondew fid-89 minuta meta minn freekick mogħti minn Jake Grech, il-ballun spiċċa f’saqajn Aidan Jake Friggieri, li mill-viċin tefa’ barra.
Fl-aħħar minuta l-Iżreal issiġġillaw ir-rebħa meta wara li rċieva l-ballun minn kontra attakk veloċi, is-sostitut Ibrahim SFURI skurja biex għamel l-iskor finali 3-1.
L-impenn li jmiss ta’ Malta hu fit-12 ta’ Novembru kontra d-Danimarka (2.45pm) filwaqt li l-aħħar impenn ikun dak tal-15 ta’ Novembru fis-2pm kontra l-Iżlanda fil-grawnd ta’ Kordin.
//= $special ?>

