Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppreżentat b’xejn lill-Gvern mediċina li tikkura kompletament il-Hepatatis C b’valur tas-suq ta’ €1.2 miljun.
Permezz tal-ħidma li saret mill-President u mill-Malta Community Chest Fund, b’din il-mediċina b’xejn b’valur tas-suq ta’ €1.2 miljun, id-Dipartiment tas-Saħħa se jkollu mediċina biex jibda jfejjaq lin-nies li qed isofru mill-marda tal-Hepatitis C. Il-mediċina ġiet ippreżentata lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne.
Il-President qalet li tinsab sodisfatta li wara sena u nofs ta’ ħidma min-naħa tagħha u mill-Malta Community Chest Fund, irnexxielha ġġib prezzijiet straordinarji għall-mediċina li tikkura kompletament il-Hepatitis C.
Għal dawn l-aħħar għaxar snin kienet il-Malta Community Chest Fund li kienet qed tissuplixxi l-mediċina ta’ dak iż-żmien għal dawk morda bil-Hepatitis C.
//= $special ?>