Lokali

Schulz u Tusk jindirizzaw il-Parlament

Il-bżonn ta’ koperazzjoni bejn l-Ewropa u l-Afrika quddiem il-kriżi tal-immigrazzjoni kienet trattata bi prijorita mill-President tal-Parlamnet Ewropew Martin Schultz u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Donald Tusk f’indirizz li huma għamlu fil-Parlament Malti qabel il-Valletta Summit.

Is-seduta kienet introdotta mill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, li qal li l-valletta Summit hu avveniment storiku u li hu unur għall-parlament Malti li jisma mingħand Schulz u Tusk dwar il-ħidma li huma se jwettqu. Dan għaliex id-deċizjonijiet meħuda minnhom jaffetwaw il-ħajja taċ-ċittadini. Dan hu summit li qed isseħħ f’mument meta l-Mediterran qed jiffaċċja traġedja umana.

L-Ispeaker qal li l-Ewropa għandha tiffaċċja l-problema tal-immigrazzjoni b’umanita’ kbira u appella għal soluzzjonijiet biex l-influss ta’ immigranti mill-Afrika jitwaqqaf u biex il-kontinent Afrikan ikollu futur. Anġlu Farrugia tkellem dwar l-importanza li l-Parlamenti Ewropew ikollhom sehem fid-deċizjonijiet Ewropej.

Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schultz qal li Malta hi eżempju għall-pajjiżi Ewropej fl-aspett ekonomiku u soċjali. Hu qal li tul iż-żjara tiegħu se jkun qed janalizza l-effetti tal-immigrazzjoni fuq Malta u l-mod kif il-Maltin jilqghu lill-immigranti. Schulz irrikonoxxa l-kontribut ta’ Malta biex issalva l-ħajjiet iżda sostna li minkejja dan, eluf jgħerqu.

Shulz kompla li sakemm tibqa’ l-gwerra, il-prosekuzzjoni u ma jkunx hemm tama, se jibqa’ jkun hemm problema ta’ immigrazzjoni. Jeħtieġ investiment u tmexxija tajba flimkien mal-ħolqien ta’ ekonomija ġusta u kummerċjali, sostna Schultz, li appella lill-pajjiżi biex jinvestu fi-soluzzjoni tal-immigrazzjoni.

Il-President tal-Parlament Ewropew qal li l-problema tal-immigrazzjoni qed taqsam lill-UE; liema firda għandha tkun evitata. Is-soluzzjoni għandha tinstab permezz ta’ soluzzjoni Ewropea.

Fid-diskors tiegħu l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li dan hu summit ta’ azzjoni quddiem l-isfida tal-immigrazzjoni. L-Ewropa għandna turi rispett lejn il-kontinent Afrikan, sostna Donald Tusk u qal li l-fond ta’ 1.8 biljun euro għandu jgħin lill-kontinent Afrikan.

Hu tkellem dwar l-importanza li jkun hemm distinzjoni bejn ir-refuġjati ġenwini u dawk li jqattgħu l-passaporti biex jidħlu fl-Ewropa. Jistgħu jkunu uffiċjali Afrikani li jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ persuni li daħlu fl-Ewropa b’mod illegali, sostna Donald Tusk.

L-UE se tipprovdi iktar riżorsi biex tgħin lill-Afrika, sostna Donald Tusk, li appella biex il-pajjiżi Ewropej u tal-UE jaħdmu flimkien ghal soluzzjoni meħtieġa quddiem din il-kriżi.

Id-diskorsi ta’ Schulz u Tusk issa ħolqu l-apetattiva li l-ewropa issib soluzzjonijiet ġodda għal din il-kriżi umanitarja.

Ritratt: Peter Agius