Gazzetti Lokali

Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu

Il-ġurnali u l-gazzetti kollha tal-lum jitkellmu dwar il-Valletta Summit, li jibda uffiċjalment illum. Kważi l-faċċati kollha huma dedikati għad-diskorsi li saru lbieraħ fil-Parlament mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz.

IN-NAZZJON b’dettalji mid-diskorsi tal-bieraħ fil-Parlament u b’ritratt ta’ laqgħa li kellu l-Kap tal-Oppożizzjoni ma’ Martin Schulz. In-Nazzjon tikkwota lil Schulz jgħid “sforz akbar biex mill-kliem kulħadd jgħaddi għall-fatti”.

TIMES OF MALTA fil-faċċata tiffoka fuq id-diskors ta’ Donald Dusk fil-Parlament Malti u tikkowtah jgħid: “We are here to be better neighbours”. The Times tirrapporta wkoll li l-Pulizija wettqu raid fl-uffiċini tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA, b’rabta ma’ allegazzjonijiet li l-membri nazzjonali tal-FIFA (bħall-MFA), ġew imħallsa xi flejjes biex il-Ġermanja kienet rebħet id-dritt li tospita t-Tazza tad-Dinja fl-2006.

THE INDEPENDENT tirrapporta li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea li lbieraħ indirizza il-Parlament Malti, irrikonoxxew it-talba li ilha tagħmel Malta għal dawn l-aħħar għaxar snin għall-azzjoni min-naħa tal-Ewropa dwar l-immigrazzjoni. The Independent tirrapporta wkoll dwar mistoqsija parlamentri li saret fil-Parlament Ewropew minn MEP Franċiża, fejn staqsiet biex il-Kummissjoni Ewropea tinvestiga s-sistema tal-visas f’Malta u jekk din hijiex ta’ theddida għall-stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea.

L-ORIZZONT tikkwota lil Donald Tusk u Martin Schulz jgħidu: “Ejjew inħarsu lejn l-għeruq tal-immigrazzjoni” u fi storja oħra, dan il-ġurnal jirrapporta dwar il-wasla ta’ HMS Bulwark f’Malta biex jgħin fis-sigurtà.

MALTATODAY hi l-unika gazzetta li ma rrappurtatx id-diskorsi tal-bieraħ fil-faċċata tagħha. Minflok, din il-gazzetta tirrapporta dwar ilmenti li saru minn operaturi differenti dwar tender għad-dwal tat-traffic lights.