Il-Pulizija Torka wettqet rejd fuq l-uffiċini tal-gazzetta tal-Oppożizzjoni ‘Zaman’ f’Istanbul.
Waqt li kien għaddej ir-rejd, il-pulizija għal kontra l-irvellijiet baqgħu stazzjonati barra bil-kanuni tal-ilma.
Ir-rejd segwa azzjoni simili, ix-xahar li għadda, kontra stazzjonijiet tat-televiżjoni fit-Turkija. Il-kumplessi tal-midja fil-mira tal-awtoritajiet Torok huma ta’ Fethullah Gulen, li darba kien sostenitur tal-Partit AKP tal-President Tork Recep Tayyip Erdogan qabel inbidel f’avversarju qalil ta’ Erdogan stess. Gulen, bħalissa, hu bbażat fl-Istati Uniti.
//= $special ?>