Il-Pulizija Taljana qalet li mill-inqas 17-il persuna spiċċaw arrestati f’numru ta’ pajjiżi Ewropej bħala parti minn azzjoni konġunta kontra membri ta’ grupp terroristiku.
Il-ħidma ‘Operazzjoni JWEB’ kellha fil-mira grupp ta’ militanti Iżlamiċi bażat fin-Norveġja.
Fil-ħidma kien hemm erba’ arrestati fir-Renju Unit, sitta fl-Italja u tlieta fin-Norveġja.
Il-pjan li kien imxejjen kien jinvolvi attakk fuq ħabs fin-Norveġja fejn hu miżmum Najmuddin Ahmad Faraj – magħruf ukoll bħala Mullah Krekar, reliġjuż Iżlamiku u meqjus bħala terrorista madwar id-dinja.
Arrestati madwar l-Ewropa f’rejd kontra t-terroriżmu
